aħbarijiet dumnikani,

25 SENA PRESBITERU

P. Claudio Borg O.P. P. Claudio Borg O.P. Follow Feb 02, 2020 · 3 mins read
25 SENA PRESBITERU
Share this

P. Michael M. Camilleri O.P.

Kien nhar il-Gimgha 08 ta’ Lulju 1994, meta fil-Konkattidral ta’ San Gwann, il-Belt Valletta meta gejt ordnat presbiteru mill-Arcisqof Guzeppi Mercieca, flimkien ma disa’ ohra, fosthom zewg dumnikani ohra, P. Tonio Mallia Milanes O.P. u P. Claudio Borg O.P. F’din is-sena jiena ccelebrajt dan l-anniversarju billi flimkien ma’ erbgha mill-qasissin li morna Ruma u ikkoncelebrajna mal-Papa Frangisku, fil-Kappella ta’ Santa Marta, nhar il-Gimgha 01 ta’ Marzu 2019.

Nhar il-15 ta’ Lulju 2019, mexxejt koncelebrazzjoni solenni tal-anniversarju tal-inkurunazzjoni tal-Kwadru tal-Madonna tal-Karmnu, u b’rabta mal-25 sena tieghi, fis-Santwarju tal-Belt Valletta. Imbaghad nhar it-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, mexxejt koncelebrazzjoni ta’ radd il-hajr flimkien ma’ 50 sacerdot minn Malta u Ghawdex. Attendew ghad kbir ta’ nies li jiena hdimt maghhom matul il-ministeru sacerdotali tieghi, nies mir-Rabat, mill-Birgu, minn G’Mangia, mill-Belt Valletta, u mix-Xaghra Ghawdex fejn jiena Kononiku Onorarju u Konfessur Straordinarju tal-Parrocca ta’ Marija Bambina, ghal dawn l-ahhar 25 sena.

Nhar it-Tlieta 03 ta’ Settembru 2019, iccelebrajt Quddiesa Solenni flimkien mal-Kapitlu, il-Kleru u Sacerdoti ohra tal-Parrocca tax-Xaghra, li ghaliha gew grupp ta’ nies mill-Parrocca ta’ San Duminku, il-Belt Valletta.

Huwa veru li jiena nhobb niffesteggja u niehu gost niccelebra, nemmen li dan hu l-mod ta’ kif jiena nesprimi ruhi u nhobb naqsam hajti u l-ferh tieghi mal-komunita’ nisranija. Minn dan kollu jalla l-Mulej ikompli jisma t-talba tieghi, li nkompli nkun patri dumnikan f’kuntatt m’Alla u sacerdot tan-nies, halli permezz tieghi in-nies ihossu li Alla jhobbhom.

P. Claudio Borg O.P.

P. Claudio Borg O.P.

Kelli 23 sena meta ħassejt is-sejħa għallħajja reliġjuża dumnikana. Meta nħares lura nħoss li kien hemm mument partikolari li fih nista’ ngħid li kien il-bidu tas-sejħa tiegħi għaliex nemmen li l-Mulej kien qiegħed isejjaħli biddiversi esperejenzi li kelli fil-ħajja. Dan kien meta kont mmur il-laqgħat taċ-ċentru taż-żgħażagħ ‘Veritas’ ġewwa n-Nażżarenu tas-Sliema. Meta kont nidħol fil-kunvent kont nħoss xi ħaġa liiġbidni lejn ilħajja komunitarja u l-kariżma Dumnikana. Bil-mod il-mod niftakar li bdejt nattendi attivitajiet vokazzjonijiet u niltaqa’ mar-reliġjużi oħra ta’ dak iżżmien. Minn hemm imbagħad bdejt nagħmel xi esperjenzi fil-kunvent tad-dumnikani tal- Madonna tal-Għar, ir-Rabat. Fit-22 ta’ Settembru 1986 bdejt esperjenza ta’ sentejn tal-Prenovizzjat fejn fil-weekends kont immur id-dar. Matul l-esperjenzi li kont għamilt tan-novizzjat l-kariżma dumnikana kont inħossha tinbena, tissaħħaħ u ssir parti minni dejjemaktar.

Nista’ niddeskrivi l-ħajja tiegħi bħala saċerdot bil-frażi li għażilt bħala motto għassaċerdozju tiegħi: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi.” Din hija frażi li minn dejjem kienet tolqotni, għaliex kont ngħid kif il-Mulej sejjaħ lili biex inkun saċerdot, bniedem bid-difetti tiegħi, djufija u mard partikulari. Din l-għajta li tant inħobb ta’ San Tumas Appostlu għamiltha l-programm ta’ ħajti għaliex nemmen li s-saċerdozju ministerjali li rċevejt mhux xi ħaġa li stajt nagħmilha jien iżda Kristu jidħol fija, niskanta kif ħafna drabi ikompli jagħtini l-kuraġġ biex inkun strument magħżul u jaħdem permezz tiegħi. Din saret it-talba tiegħi ta’ kuljum għaliex naf li mhux faċli li kuljum inħalli lil Kristu jaħdem fija mal-aħwa fil-komunita’ u mal-persuni kollha li ser ilaqqagħni magħhom il-Mulej, għaliex id-dgħufija hija parti minni u għalhekk għandi bżonn nimtela bi Kristu kuljum. Permezz tassaċerdozju u s-servizz tiegħi lejn il-Knisja huwa l-offerta li jien nipprova dejjem nagħti mill-aħjar li nista’.

Matul is-snin kont assenjat f’diversi kunventi tagħna u kull fejn kont dejjem sibt minn jgħini u dejjem għamilt mill-aħjar fix-xogħol pastorali li l-Mulej għoġbu jsejjaħli għalih. Nirringrazzja l-Provinċja Dumnikana taluffiċċji li kellha fiduċja tagħtini matul dawn il-25 sena, u nista’ ngħid li qdejthom minnqalbi u għadni naqdihom bil-ferħ. Nibqa dejjem grat għall-opportunita’ tal-istudju tat-tejoloġija ġewwa l-Universita’ ta’ Bologna fl-1991/94. Insemmi ż-żmien meta kont għalliem u assistant-head filkulleġġ ta’ San Albert il-Kbir, il-Belt. Nemmen li din l-esperjenza u ħafna oħrajn kienu u huma ta’ ġid mhux għalija biss imma ukoll għas-servizz tal-Provinċja u biex inkun nista’ naqdi aħjar lil Knisja filpastorali tiegħi. Għal dawn l-aħħar 17 il-sena għixt filkunvent tagħna d-Dumnikani tal-Lunzjata, il-Birgu. Nirringrazzja fl-aħħarnett lil Mulej, Marija Santissima u Missierna San Duminku biex iżommu dejjem idejhom fuq l-Ordni, l-Provinċja u fuqi u fuq l-kommunita’ tagħna tal-Birgu.

Join Newsletter
Get the latest news right in your inbox. We never spam!
P. Claudio Borg O.P.
Written by P. Claudio Borg O.P. Follow
Patri fil-Kunvent tal-Lunzjata