xandar il-kelma,

Mid-Djarju tal-Kapitlu Ġenerali ta' Bien Hoa, Vietnam. 2019 mill-Provincjal Rev. Frans Micallef OP

P. Claudio Borg O.P. P. Claudio Borg O.P. Follow Apr 08, 2020 · 4 mins read
Mid-Djarju tal-Kapitlu Ġenerali ta' Bien Hoa, Vietnam. 2019 mill-Provincjal Rev. Frans Micallef OP
Share this

Matul il-55 sena tieghi fl-Ordni, kelli x-xorti niehu sehem f’kull tip ta’ Kapitli: bhala diffinitur fil-Kapitlu ta’ Kalarwega gewwa Spanja fl-1995; bhala provincjal f’dak ta’ Bologna, l-Italja fl-2016 u f’dan ta’ Bien Hoa elettiv bhala provincjal. Il-kapitli generali jsiru kull tlett snin. Meta jithabbar ilkapitlu generali, xhur qabel, kull membru tal-Ordni jkun mistieden jibghat proposti, kummenti etc. biex jigu diskussi fil-kapitlu.

Ix-xoghol ta’ kapitlu jiehu madwar tlett gimghat barra dak elettiv li jiehu aktar zmien billi jkun hemm l-elezzjoni tal-Majjistru tal-Ordni. Mhix haga facli sakemm tinstab ilpersuna adatta, ghalkemm jista jkun hemm ga xi indikazzjonijiet.

Il-post ta’ dan il-kapitlu generali kien Bien Hoa fil-Vietnam. Wara kwazi 24 siegha nivvjagga wasalt Ho Chi Minh City. Siegha ohra fl-ajruport biex niehu l-visa ghaliex ma stajtx naghmilha qabel billi Malta m’ghandniex la ambaxxata u l-anqas konsulat tal-Vietnam. Morna fil-kunvent taghna li hemm f’Ho Chi Minh. Hsibt li wasalna. Qaluli baqa ftit. Bien Hoa mhix il-boghod madwar siegha u nofs karozza! Kollox relattiv. Ahna hawn Malta ghandna kollox maghna u l-ftit narawh hafna.

Kellna nirrangaw l-arlogg: 5 sieghat il-quddiem. Issa kienu saru is-siegha u kwart ta’ filghodu, M’hemmx li mmorru norqdu. “Tridu tieklu xi haga?” “Is-sodda” wegibt jien.

Bdejna ftit ftit ningabru; uhud ucuh godda, ohrajn hbieb antiki. Mhux biss ‘kif int’ imma anki xi cajta antika.Uhud millmembri tal-kapitlu konna ilna nafu ‘l xulxin ghal aktar minn 25 sena. Bdejna nitqassmu fi gruppi, skond il-lingwa li nkunu ghazilna ahna. Fl-Ordni hemm tlett lingwi ufficjali li jintuzaw fl-laqghat bhal dawn: l-ispanjol, il-franciz u l-ingliz. Nghid il-verita li sal-ahhar tal-kapitlu spiccajt ma nafx b’liema lingwa kont qed nitkellem!

Issa kien wasal kulhadd:145 b’kollox, minbarra l-istudenti u patrijiet Vietnamiti li gew biex jghatu daqqa t’id. Konna 104 kapitulari, bejn provincjali u diffinitur, jigifieri bi dritt ghal vot. Il-bqija kienu esperti f’diversi oqsma mistiedna, tradutturi u rapprezentanti tal-familja dumnikana. Il-post fejn kellna noqghodu kien is-seminarju inter-djocezan ta’ Xuan Löc.(tipprovax taqraha ghaliex ma jirnexxilekx!!) Huwa post enormi li jesgha 500 seminarista. Huwa fornut b’kollox u nista nghid li ma kien jonqosna xejn, L-organizzazzjoni kienet perfetta. Il-provincja tal-Vietnam hasbet ghal kollox.

Bizzejjed nghid li kif wasalna gejna mghotija umbrella kull wiehed, ghax taghmel hafna xita. Bdejna niltaqghu f’kummissjonijiet skond il-lingwa, biex niddiskutu l-ghazla tal-Majjistru. Kulhadd ippropona xi ismijiet u saru diskussjonijiet, sakemm kull kummissjoni waslet ghal tlett ismijiet. Il-persuni gew mistiedna minn kull kummissjoni biex iwiegbu xi mistoqsijiet li setgha kellha.

Jekk il-persuna ma kienetx prezenti fil-kapitlu stajna ninqdew bil-mezzi ta’ komunikazzjoni bhal ma huwa l-Skype.

Is-Sibt 6 ta’ Awwissu saret l-elezzjoni tal-Majjistru wara l-quddiesa tal-Ispirtu s-Santu. Intghazel P. Gerard Timoner mill-Filippini. L-ewwel darba fl-istorja tal-Ordni li l-Majjistru kien minn naha tal-Asja-Pacifiku. Hrigna processjonalment mill-awla kapitulari u morna fil-knisja mdaqqsa tasseminarju fejn flimkien irringrazzjajna ‘l Alla ghal hatra u tlabna l-ghajnuna tieghu. Il-Majjistru ghamel l-ewwel diskors tieghu: To Be Dominic.

L-ghada l-Hadd wara l-quddiesa u kolazzjoni giet organizzata harga: parti pellegrinagg ghal santwarju marjan u wara cafcifa filbahar pacifiku. Mit-Tnejn beda x-xoghol fis-7 kummissjonijiet skond dawn is-suggetti:

  1. il-ħajja fraterna,
  2. il-predikazzjoni u l-appostolat,
  3. il-formazzjoni,
  4. is-solidarjetà bejn l-entitajiet tal-Ordni,
  5. it-tmexxija,
  6. l-istudju u
  7. l-leġiżlazzjoni tal-kostituzzjonijjiet tal-Ordni.

Fejn kien ikun hem bzonn kienu jidhlu t-tradutturi. Ix-xoghol kien jibda ghal-habta tad-9.00am wara l-quddiesa u Tifhir ta’ Sbih il-Jum u l-kolazzjon. Konna nibqghu sejrin sa nofs inhar, b’xi waqfa ghal kafe’, Fin-12.30pm kien ikollna l-ikla ta’ nofs inhar. Fit-3.00pm kien jerga jibda x-xoghol sas-7.00pm. Fis-7.30pm kien ikun hemm l-Ghasar u wara cena. Dan mit-Tnejn sas-Sibt.

Kull nhar ta’ Erbgha wara c-cena kienu jigu mistiedna xi gruppi folkloristici Vietnamiti biex jallegrawna ftit wara gurnata xoghol. Kienu interessanti hafna. Fil-25 ta’ Lulju wiehed minn dawn il-gruppi offra l-aminazzjoni tal-quddies permezz ta’ daqq u sfin folkloristiku.

Fil-Hdud li kien fadal gew organizzati laqghat tal-familja dumnikana f’diversi lokalitajiet: fil-kunvent tas-sorijiet Santa Katerina ta’ Siena u fil-Kunvent ta’ San Martin de Porres. Fl-ewwel wiehed f’Thanh Tam saret rapprezentazzjoni dwar il-hajja dumnikana fil-Vietnam matul iz-zminijiet.

Dan sar permezz ta’ kant u muzika. sfin, dwal u effetti ohra. Kienet rapprezentazzjoni mill-aktar sabiha. Wara kellna il-quddiesa koncelebrata ma’ isqof dumnikan Paul Nguyen Thái Hơp. Huwa temm l-omilija sabiha tieghu bi kliem ta’ nkoraggiment: “May God help us to read the signs of the times, discovering his message to today’s society and courageously devoting our lives to Evangelization, regardless of life’s difficulties and uncertainties”.

Wara l-quddiesa kien hem ‘food festival’ fejn dawk kollha prezenti setghu jduqu l-ikel tradizzjonali Vietnamit. Il-Hadd 4 ta’ Awwissu kellna ic-celebrazzjoni tal-gheluq tal-Kapitlu gewwa l-kumpless San Martin de Porres. Ghidt kumpless ghaliex fih hemm il-kunvent tal-patrijiet dumnikani bin-novizzjat; hemm kunvent tas-sorijiet dumnikani u dar kbira ghall-iritiri. Ghal din ic-celebrazzjoni kien hem prezenti madwar 15-il elf ruh bejn patrijiet, sorijiet u lajci dumnikani. F’din ic-celebrazzjoni tal-gheluq 22 student dumnikan ghamlu l-professjoni sollenni f’idejn il-Majjistru tal-Ordni l-gdid P. Gerard Timoner. Kienet celebrazzjoni fantastika. Kollox organizzat sal-inqas dettal. S’intendi had ma rritorna lura lejn daru bil-guh!

Bl-gheluq tal-kapitlu, kulhadd beda jahseb biex jirritorna lejn pajjizu u daru. Nghid ghalija kienet opportunita millaktar sabiha li mliet bil-ferh u l-kuragg fil-hajja tieghi bhala dumnikan. Il-provincja tal-Vjetnam haqqha l-akbar prosit ta’ kull ma ghamlet biex dan il-kapitlu generali jkun success.

Join Newsletter
Get the latest news right in your inbox. We never spam!
P. Claudio Borg O.P.
Written by P. Claudio Borg O.P. Follow
Patri fil-Kunvent tal-Lunzjata