Convent Box

Rabat

Isem Ufficjali tal-Kunvent:
Sidtna Marija tal-Ghar
Indirizz:
Misrah San Duminku,
Rabat RBT2521
Malta

Storja qasira tal-Kunvent:

Patri Pietry Zurchi, Malti, madwar l-1450, waqqaf il-Kunvent u l-Knisja ta' Sidtna Marija tal-Ghar, fir-Rabat, Malta. Il-Gvern Malti, l-Awtorita' Ekklezjastika, benefatturi Maltin u sahansitra r-Re Ferdinandu, il-Kattoliku fi Spanja, ghenuhom hafna biex iwaqqfu l-Kunvent. Il-patrijiet Dumnikani bnew il-Knisja, fuq l-Ghar, fejn dehret il-Madonna lil kaccatur. Fl-1609, fil-Kunvent twaqqaf in-novizzjat ghall-Maltin u l-Isqallin. Fis-seklu dsatax, fl-Istudju tal-Kunvent kienu jattendu l-Kjerici Sekulari u dawn setghu jiksbu d-Dottorat. Il-Knisja kienet u ghada centru ta' appostolat fost il-Maltin. Fis-sena 1999, dehru xi demghat tad-Demm fuq haddejn ix-Xbieha tal-Madonna.

Pirjol: P. Christopher Caruana OP
Telefon Ufficjali: 21454592
Fax Ufficjali: 21450503

Vittoriosa

Isem Ufficjali tal-Kunvent:
Kunvent tal-Lunzjata
Indirizz:
Dumnikani,
Triq il-Mina l-Kbira
il-Birgu BRG1024
Malta

Storja qasira tal-Kunvent:

Id-Dumnikani wasli l-Birgu fl-1528 meta nghataw kappella "tal-Lunzjata" li kienet ta xi fratelli. Sentejn wara, meta l-Kavallieri ta' San Gwann gew Malta u ghalmu l-Birgu l-kapitali taghhom, hadu wkoll pussess tal-knisja parrokkjali tal-Birgu, u ghan-nofs is-seklu ta' wara, il-knisja Dumnikana tal-Lunzjata serviet bhala l-parocca tal-Birgu. Kien minn hawn li d-Dumnikani fethu dar fil-belt il-gdida Valletta fl-1569 u niedew l-ewwel parrocca tal-Belt. Fis-seklu sittax, fil-Birgu d-Dumnikani kellhom "studju generali" (jew universita'). Fl-1941, waqt it-tieni gwerra dinjija, il-bombi tal-ghadu qerdu l-knisja u l-kunvent tal-Lunzjata, biex regghu nbnew mill-gdid ghoxrin sena wara. Illum id-Dumnikani tal-Birgu pastoralment iservu fil-Kottonera kollha, fit-Tarzna u l-Habs.

Pirjol: P. Aaron Zahra OP
Telefon Ufficjali: 21825198

Valletta

Isem Ufficjali tal-Kunvent:
Kunvent tal-Portu Salvu
Indirizz:
Dumnikani,
Triq San Duminku,
Valletta VLT1603
Malta

Storja qasira tal-Kunvent:

Kif wiehed jista' jifhem, il-hajja tal-patrijiet Dumnikani fil-Belt Valletta, kienet storja marbuta hafna mal-istorja tal-istess Belt Kapitali, u tal-pajjiz kollu. Il-patrijiet Dumnikani qdew in-nies tal-Belt fiz-zminijiet mill-iktar difficli bhalma kienu dawk tal-pesta, tal-hakma Franciza, kif ukoll, u fuq kollox, tul it-Tieni Gwerra Dinija. Tul is-snin tal-pesta, il-patrijiet xorta kienu baqghu jassistu l-morda u jqarbnuhom, minkejja l-periklu li jittiehdu mill-marda, kif fil-fatt xi whud gralhom. Tul il-hakma Franciza, il-komunita' tal-patrijiet kienet, sahansitra, ghal xi zmien, maqbuda mis-suldati Francizi u mehuda fil-Forti S. Iermu. Wiehed mill-ajkijiet tal-kunvent, miet xkubettjat. Tul is-snin tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-patrijiet baqghu jaghtu s-servizz pastorali taghhom fost it-tifrik li hallew warajhom il-bombi tal-ghadu, u laqghu sezzjoni mill-popolazzjoni fil-kannierja tal-knisja li, allura, serviet bhala xelter.

Pirjol: P. Michael Camilleri OP
Kappillan: P. Michael Camilleri OP
Telefon tal-Kappillan: 21247535
Telefon Ufficjali: 21248253
Telefon Ufficjali: 21234079
Fax Ufficjali: 21248253

Sliema

Isem Ufficjali tal-Kunvent:
Kunvent Gesu' Nazzarenu
Indirizz:
Dumnikani,
Triq ix-Xatt Tigne'
Sliema SLM3010
Malta

Storja qasira tal-Kunvent:

Il-Patrijiet Dumnikani gew tas-Sliema fl-1909 meta nfethet dar iddedikata lil Gesu' Nazzarenu. Fl-1960, 51 sena wara, din id-dar saret kanonikament kunvent bl-ghixien tal-hajja regolari tal-patrijiet. Fl-1973 il-Knisja ta' Gesu' Nazzarenu saret Parocca.

Pirjol: P. Claudio Borg OP
Kappillan: P. Joe Cilia OP
Telefon tal-Kappillan: 21316191
Fax tal-Kappillan: 21316191
Telefon Ufficjali: 21331096
Fax Ufficjali: 21341528

Gwardamanga

Isem Ufficjali tal-Kunvent:
Santwarju Madonna ta' Fatima
Indirizz:
Dumnikani,
49 Triq Santa Monika,
Gwardamanga PTA3111
Malta

Storja qasira tal-Kunvent:

Is-Santwarju Parrokkjali ddedikat lill-Madonna tar-Ruzarju ta' Fatima, mdawwal bi 15-il tieqa "stained-glass" bil-Misteri tar-Ruzarju, jinsab fil-lokalita G'Mangia, Pieta', u nbena u miftuh fl-1954. Fl-1968 twaqqfet il-Parrocca. Fost il-progetti li saru dan l-ahhar, insibu statwa tal-Madonna fl-irham, mahduma f'Lucca, fl-Italja, u tpoggiet fuq il-kampnar.

Gie ristrutturat il-presbiterju kollu, flimkin ma' xoghlijiet ohra ta' restawr fil-knisja.

Pirjol: P. Vince Micallef OP
Kappillan: P. Vince Micallef OP
Telefon tal-Kappillan: 21220050
Fax tal-Kappillan: 21223947
Telefon Ufficjali: 21233620 / 21230194
Fax Ufficjali: 21255752

Il-Kullegg San Albert

Isem Ufficjali tal-Kullegg:
San Albert il-Kbir
Indirizz:
Kullegg San Albert il-Kbir,
160, Triq l-Ifran,
Valletta VLt1457
Malta

Storja qasira tal-Kullegg:

Fl-1948, id-Dumnikani Maltin accettaw ir-responsabilita' li jmexxu kullegg ghas-subien, li qabel kien igib l-isem ta' Flores College, li kien ilu mwaqqaf ghal erbgha u sebghin sena. Minn dak iz-zmien, il-Kullegg ghadda minn diversi fazijiet u taht tmexxija ta' retturi differenti. Fl-1993, it-tmexxija ezekuttiva tal-Kullegg giet delegata lill-kap tal-kullegg lajk, filwaqt li r-rettur ha rwol ta' tmexxija mhux ezzekutiva. Bhallissa l-Kullegg San Albert beda jimplimenta programm ta' erba' snin li ghandu jkompli jwasslu biex ikun min ta' quddiem bhala istituzzjoni edukattiva serja u li toffri l-aqwa f'dak li hu taghlim u kura tal-istudenti.

Wiehed mill-ghanijiet principali ta' dan il-pjan hu li tkun zviluppata sistema ta' kura pastorali li taqdi l-bzonnijiet tal-istudenti. Fis-sekondarja nholoq tim ta' professjonisti li jinkludi: l-Kap tal-Kullegg, ghalliema (Year Co-ordinators), it-teacher tal-guidance u d-direttur spiritwali. Dan it-tim, minbarra li jipprovdi opportunitajiet, kemm spiritwali u anke ta' rikreazzjoni ghall-istudneti. Dawn jinkludi live-in weekends, irtiri, u assemblies regolari fejn ikun rikonoxxut xoghol siewi u impenn minn-naha tal-istudenti.

Telefon: 21225708
Fax: 21241218
E-mail: [email protected]
Rettur: P. Aaron Zahra OP
Kap tal-Kullegg: Mr. Mario Mallia
Assistent Kap ghall-Primarja: Mrs. Anna Buttigieg
Assistent Kap ghas-Sekondarja: Ms. Sue Gatt