xandar il-kelma,

SINERĠIJA TA’ ĦAJJA U MISSJONI

P. Claudio Borg O.P. P. Claudio Borg O.P. Follow Apr 04, 2020 · 14 mins read
SINERĠIJA TA’ ĦAJJA U MISSJONI
Share this

Iċċelebrajna l-Kapitlu fl-Asja, kontinent għani fil-kulturi u d-drawwiet reliġjużi. Iċċelebrajnieh għall-ewwel darba fil-Vjetnam, art b’minorità Kristjana, b’għadd kbir ta’ rikkezzi spiritwali u kulturali, art ta’ ħafna martri, bosta minnhom ulied il-familja Dumnikana. Dan il-fatt ifakkarna fi-missjoni universali tal-Knisja. “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu” (Mk:16:15).

Meta nisimgħu din it-talba ta’ Ġesù, “Li jkunu lkoll ħaġa waħda biex hekk id-dinja temmen” (Ġw:17:21), nindunaw li l-kredibilità tax-xandir tagħna huwa bbażat fl-għaqda tagħna mat-Trinità u bejnietna, hija l-għaqda li tixprunana lejn is-sinerġija ta’ ħajjitna u l-missjoni tagħna. It-tema tas-sinerġija ħajja-missjoni kienet preżenti fil-kummissjonijiet u d-dibattiti tal-kapitlu. Din it-tema kienet preżenatata bħala karatteristika ta’ identità Dumnikana u bħala sfida lill-komunitajiet u lill-membri. Dan ilprologu jixtieq iressaq quddiemkom l-aspetti prinċipali li tinvolvi s-sinerġija ħajja-missjoni u l-isfidi li din toffri lill-Ordni fil-missjoni tagħha fid-dinja tallum.

Din hija dinja li għaddejja minn tibdiliet kbar u mgħaġġlin, ilglobalizazzjoni, l-espansjoni talkontinent diġitali, is-sensitività tal-valuri tal-ħajja u d-dinjità tal-bniedem flistess waqt qasmiet kbar fil-ġustizzja u d-drittijiet tal-bniedem li qegħdin iġibu weġgħat kbar lill-foqra u lill-vittmi, kuxjenza ekoloġika u fl-istess waqt attakki qawwijja lejn l-integrità talħolqien. Jeħtieġ li nisimgħu bir-reqqa u b’kompassjoni lill-oħrajn, lid-dinja u fl-istess ħin nisimgħu lil Alla waqt li nilqgħu id-don tal-missjoni li ġejna mogħtijin taħt it-tmexxija tal-Ispirtu.

1. Importanza tas-Sinerġija Ħajja-Missjoni

Fil-ħajja Dumnikana hemm relazzjoni fil-qrib bejn ħajja u missjoni, tant li bilkemm hemm fruntieri bejn waħda u oħra. Ħajja u missjoni huma ż-żewġ uċuħ tal-istess munita. Waħda tinfuwenza lill-oħra. Meta l-missjoni tkun ħajja, il-ħajja talaħwa u tal-komunitajiet tkun isbaħ. Missjoni ħajja tħeġġeġ l-elementi kollha tal-ħajja Dumnikana: talb, ċelebrazzjonijiet, studju, riflessjonijiet komuni, taħdidiet informali, il-qsim talħajja ta’ kuljum… Meta l-missjoni ma tkunx teżisti jew tkun dgħajfa ssir aktar diffiċli biex tlaqqa’ d-diversi aspetti tal-ħajja ta’ komunità jew tal-membri tagħha.

L-istess, jekk il-ħajja tal-komunitajiet u tal-membri hija fraġli u ta’ rutina, l-istess tkun il-missjoni għaliex l-ewwel xogħol fil-missjoni tal-predikaturi huwa li jagħtu xhieda tal-ħajja evanġelika. Jekk tonqos din il-ħaġa ma jkunx hemm xhieda evanġelika. Il-missjoni ta’ evanġelizazzjoni, fil-forom kollha tagħha, tkun effettiva biss meta toħroġ mid-dimensjoni teoloġika, mill-esperjenza tal-fidi, mid-dimensjoni kontemplattiva, mill-passjoni ta’ Kristu u mill-passjoni tiegħu għall-bniedem. Din il-passjoni doppja tibni l-vera mistiċiżmu tal-predikatur.

Is-sinerġija ħajja-missjoni hija t-triq li ssaħħaħ l-identità Dumnikana. Hija wkoll l-aktar triq effettiva biex tarmonizza d-dimensjoni kontemplattiva u d-dimensjoni appostolika tal-Ordni. Matul is-snin u sal-ġurnata tal-lum, il-konfrontazzjoni bejn dawk li jiddefendu xi waħda minn dawn id-dimensjonijiet, waslet għal konflitti kbar fil-ħajja tagħna. Il-Proposotum Vitea li ħoloq San Duminku kien sewwasew biex jaqdi lissalvazzjoni tal-bniedem bis-saħħa tal-predikazzjoni tal-ħajja ta’ talb, studju u għixien fi fraternità.

2. Sinerġija Ħajja-Missjoni f’San Duminku

Fattur fil-persuna ta’ San Duminku kien sewwasew irrelazzjoni fil-qrib bejn il-ħajja evanġelika tiegħu u l-missjoni ta’ evanġelizazzjoni li kellu. Din l-armonija bejn il-ħajja u l-missjoni fil-persuna ta’ San Duminku fissirha sewwa l-Beatu Ġordan ta’ Sassonja meta qal dwar dan il-missier tagħna: “Matul il-jum dejjem l-eqreb lejn il-bniedem, matul il-lejl l-eqreb lejn Alla.”

F’San Duminku u fl-ewwel aħwa, il-ħajja evanġelika kienet bżonjuża għax-xejra appostolika, Il-faqar evanġeliku tiegħu kien appostoliku, li kellu l-għan li jsaħħaħ il-predikazzjoni tiegħu. Għalhekk San Duminku kien iebes mal-aħwa u dejjem talab fedeltà għall-professjoni tal-faqar evanġeliku Appostoliku wkoll kien talbu. Fih naraw talb bla waqfien, li huwa t-talb appostoliku, l-espressjoni quddiem Alla ta’ dak li jolqot lill-appostlu. F’talbu Duminku għajjat “Xser isir minnhom il-midinbin?” Appostoliku kien ukoll l-istudju tiegħu, kien immirat li jgħin lix-xandir li kien dottrinali, profetiku, kariżmatiku, itineranti, fuq il-konfini…. Appostolika wkoll kienet il-ħajja fraterna tiegħu, li kienet fiha nfisha prietka bix-xhieda ta’ ħajtu. Jekk il-kunventi Dumnikani kienu jissejħu “djar ta’ talb” u “xandir qaddis” kien għaliex fuq kollox il-ħajja fraterna kienet meqjusa bħala xandir tal-Evanġelju.

Il-missjoni evanġelika ta’ Duminku u l-ewwel aħwa kienet animata u akkumpanjata minn ħajja intensa ta’ talb u kontemplazzjoni. Waqt il-vjaġġi tiegħu spiss kien jgħid lil sħabu “ejjew nitkellmu fuq Ġesù Kristu.” Din il-ħaġa setgħet issir biss minħabba l-kontemplazzjoni bla waqfien li kellu fuq il-misteru tas-salvazzjoni li seħħ fi Kristu Dan kien il-qofol tat-talb u l-konteplazzjoni tiegħu. Il-vjaġġi appostoliċi tiegħu spiss kienu jkunu mżewqa b’talb u kant bħal “Ave Maris Stella” u l-esperjenzi appostoliċi tiegħu, il-kuntat mat-tbatija umana, dejjem ħaduh lura lejn il-kontemplazzjoni. “Passjoni għal Kristu, passjoni għall-bniedem.” Dawn kien ż-żewġ passjonijiet li kellu, li ħallewh jara u jissaporti l-weġgħat tal-bniedem.

F’San Duminku is-sinerġija ħajja-missjoni kellha l-kompassjoni bħala sisien sa mill-bidu nett tal-ministeru tiegħu. Aħseb ftit fid-diskors tiegħu ma’ sid il-lukanda ta’ Tolosa. Il-kompassjoni għal San Duminku kienet virtù u ħtieġa għal kull predikatur. Bil-kompassjoni biss tista’ tħabbar l-Evanġelju lid-dinja miġruħa, bla ġudizji jew theddid, imma bl-aħbar it-tajba, Bil-kompassjoni biss tista’ twassal l-Evanġelju lill-fqar u lil kull tip ta’ vittma, lill-popli kollha li jeħtieġu fejqan mid-debolezza tagħhom.

San Duminku u l-ewwel aħwa huma riferenza obbligatorja għal-lum biex nilħqu armonija bejn ħajjitna u l-missjoni tagħna. L-ispirazzjonijiet tiegħu immotivaw l-aktar waqtiet sbieħ tal-ħajja Dumnikana. Fejn tidħol sinerġija tal-ħajja u l-missjoni, aktarx li l-aktar waqt paradigmatiku kien dak talkomunità ta’ Fra Pedro de Cordoba. Il-prietka magħrufa ta’ Fra Antonio de Montesinos kienet riżultat ta’ ħajja intensa f’komunità. Għal żmien twil il-komunità kienet tisma’ l-karba tal-vittmi u titlob lill-Ispirtu biex jilluminahom fi ħwejjeġ hekk importanti, biex jistudjaw u jiddixxernu flimkien x’kellhom jiprietkaw u fejn. Huma kitbu l-prietka u ffirmawha b’idejhom stess biex hekk kulħadd ikun jaf li din kienet prietka talkomunità kollha. Hallew lil Patri Montesinos jipritkaha għax kellu grazzja jipprietka. Allura din hija metafora mill-aqwa ta x’għandu jkun ix-xandir Dumnikan. Huwa eżempju waħdieni ta’ dak li llum insejħulu “l-Proċess ta’ Salamanka”.

3. Sinerġija Ħajja-Missjoni fil-Proġett Dumnikan

Il-proġett Dumnikan jew il-propositum vitae li nsibu filkostituzzjoni tal-Ordni huwa karatterizzat mir-relazzjoni mill-qrib u l-armonija bejn il-ħajja tal-komunitajiet tagħna u l-appostolat li jwettqu. Il-Kostituzzjonijiet Fundamentali jpoġġu s-suċċess veru, il-kwalità u l-effikaċja tal-ħajja Dumnikana f’din l-armonija. Wara li nisimgħu l-elementi kollha tal-ħajja Dumnikana (talb, ċelebrazzjonijiet, Ewkaristija, l-Uffiċju Divin, studju, osservanza regolari, il-voti . . . ) iwissuna li “L-ħajja tal-Ordni fiha sintesi ta’ dawk l-elementi inseparabbli u magħqudin flimkien f’bilanċ u armonija li jgħanu l-ħajja appostolika fil-vera sens tal-kelma fejn ix-xandir u t-tagħlim iridu joħorġu mill-abbundanza tal-kontemplazzjoni” (LCO 1 IV). Huwa meħtieġ ċertu għerf biex tintlaħaq din l-armonija fil-ħajja Dumnikana.

Fl-istorja tal-Ordni kien hemm żewġ drawwiet minn dejjem, waħda monastika aktar attenta għall-elementi differenti talosservanza regolari; oħra aktar appostolika, aktar attenta għal-rabtiet appostoliċi u mhux dejjem kienet faċli biex dawn iddrawwiet ikunu armonizzati. L-istorja qegħda tirrepeti ruħha llum fl-Ordni. Dawn iż-żewġ tendenzi għadhom jeżistu fostna; ħajja aktar monastika u ħajja aktar appostolika. L-armonija bejn it-tnejn li huma biss tista’ twassalna għas-sinerġija tal-ħajja missjoni li qegħdin infittxu.

Patri Vincent De Cuesnongle kien spiss jitkellem dwar dan is-suġġett f’dan ir-rigward li dawn iż-żewġ drawwiet kienu jeżistu u jibqgħu jeżistu fl-Ordni bħala grazja u għana tal-Ordni. L-isfortuna hija li bosta drabi ż-żewġ drawwiet kienu mifrudin minn xulxin. Illum għandna l-isfida biex nikkultivaw u nħaddnu fil-komunitajiet tagħna, id-djalogu bejn iż-żewġ tendenzi u fuq kollox biex personalment inħaddnu d-dimensjoni kontemplattiva u appostolika.

4. Ostakli fis-Sinerġija Ħajja-Missjoni

Is-sinerġija ħajja-missjoni tista’ sseħħ biss jekk ngħix f’dinja tabilħaqq. San Duminku ħallielna forma prattika ta’ tmexxija biex inkunu nistgħu nagħmlu deċiżjonijiet realistiċi dwar kif ngħixu u dwar il-missjoni tagħna. Dan il-kapitlu ha deċiżjonijiet konkreti fejn jidħlu finanzi, iċ-ċentri ta’ studju u l-ħajja fraterna, sabiex il-ħajja komuni u l-missjoni jkunu realistiċi f’kull livell. Żammejna saqajna mal-art bħala membri ta’ Ordni li tiprietka l-misteru tal-Inkaranzzjoni.

Is-sinerġija ħajja-missjoni llum għandha quddiemha xi ostakli. L-akbar ostaklu bla dubju huwa n-nuqqas ta’ ħajja jew in-nuqqas ta’ missjoni, jew in-nuqqas tagħhom it-tnejn. Jekk ma jkunx hemm ħajja ma jkunx hemm missjoni. Is-sinerġija hija impossibli. Iżda hemm xi ostakli li jagħmlu l-armonija filħajja komunitarja u fil-missjoni appostolika aktar diffiċli.

L-ewwwl ħaġa, l-individwaliżmu dejjem jikber. Dan huwa fenomenu ambjentali, kultura li qegħda tintwera daż-żmien. Hija msoqqija min-naħa bit-teknoloija moderna, li tbegħdna mill-post li nkunu fiżikament fih. L-individwaliżmu jiġi mgħix f’ċerti każi b’tendenza ta’ iżolament li kultant tmexxi lil dak li jkun lejn awtonomija li tnessi l-ħtiġijiet tal-Ordni. Fil-ħajja Dumnikana jeħtieġ li dan l-ostaklu jkun megħlub għax dan inaqqas is-sens ta’ appartenenza u jfixel il-ħajja komunitarja tagħna, element importatni tal-ħajja Dumnikana u bżonn fil-missjoni evanġelika tagħna. Il-komunità hija rigal tagħna lkoll u li rridu nieħdu ħsiebha. Meħtieġa wkoll biex issaħħaħ is-sens ta’ appartenenza għall-Ordni u l-familja Dumnikana, fil-komunitajiet u fil-friegħi kollha.

It-tieni ħaġa, il-fraġilità tal-ħajja komunitarja li tgħix f’komunità u li taqsam ix-xandir hija r-realizazzjoni talvokazzjoni Dumniakan. Dan huwa l-ewwel xandir tagħna. Il-ħajja Duminakana tinkuldi l-esperjenza u t-twettieq talfraternità, il-ħajja fraterna fil-komunità. Għalhekk l-aktar ħaġa realistika fil-fraternitajiet tagħna għandha tkun f’isem il-ħniena, kompassjoni, rikonċiljazzjoni u għajnuna lil xulxin. Importanti li fid-differenza nfittxu l-għaqda. Imma fuq kollox għandna nfittxu li nsaħħu l-komunità billi dejjem niddefendi lill-dawk l-aktar dgħajfin. Il-fraġilita’ tal-komunità tagħna għandha impatt negattiv fuq il-ħajja tal-membri tagħha u tnaqqas l-effettivita’ tal-evanġelizazzjoni. Qatt am rridu ninsew li għandna ngħixu dak li aħna bla ma ntebbgħu dak li niswew. Ilġenerazzjoni żagħżugħa qed titlob il-ħajja komunitarja u spiss ma ssibx tweġiba adekwata ħall-mistoqsija tagħha. Aħna midjunin maż-żgħażagħ.

It-tielet ħaġa, l-ostaklu ta’ ħidma appostolika eċċessiva u kull tip ta’ attiviżmu. Dan il-fenomenu seħħ u spiss tkellmet dwaru il-ġenerazzjonibpost-konċiljari, Importanti li nagħtu valur liż-żelun apostoliku u d-dedikazzjoni ġeneruża gasservizz lejn il-bniedem li dejjem kien hemm u għad hemm. Meta din l-attivita twassal għall-individwaliżmu u għallabbandun tal-ħajja komunitarja, meta wieħed jinsa l-ħid komuni, allura hawn insibu l-ostaklu li jtemm is-sinerġija ħajja-missjoni. L-attiviżmu apostoliku fit-truf tal-komunita jew anke ġieli fi ħdan il-komunita stess, ieli wassal biex xi membri jħallu l-Ordni u jingħaqdu mal-kleru djoċesan. Zelu apostoliku ġenwin iseħħ biss meta jingħaqad al-kultivazzjoni talkontemplazzjon i, f’dimensjo ni teoloika fil-ħajja tal-predikatur. Imma biex din nil-ħaġa tinżamm jeħtieg l-għajnuna u d-dixxerniment tal-komunita.

Ostakli fis-Sinerġija Ħajja-Missjoni

5. Kundizzjonijiet għas-Sinerġija Ħajja-Missjoni

Is-sinerġija ħajja-missjoni fl-Ordni għandha tinbena fuq is-sisien sodi tal-identita’ Dumnikana. Din l-identita’ trid tkun magħquda mal-ministeru tax-xandir fil-forom kollha tiegħu. il-professjoni tagħna ta’ xandara tispjega l-identita tagħna, l-appartenenza għall-Ordni tal-Predikaturi, għall-familja Dumnikana. Dan huwa l-bażi tal-vokazzjoni ta’ kull membru fl-Ordni.

L-ewwel kondizzjoni biex tinkiseb din is-sinerija bejn ħajja u missjoni hijal-formazzjoni għaqlija tax-xandar. Iż-żelu għax-xandir flimkien mas-sens ta’ appartenenza u l-kapaċita jew ħajra għall-ħajja komunitarja għandhom ikunu kriterji indispensabbli fid-dixxerniment tal-vokazzjoni. Aktar minn hekk, fil-formazzjoni jeħtieġ li tkun ikkultivata dimensjoni teoloħika, L-esperjenza tal-fidi hja s-sisien tal-ispiritwalita’ u l-mistiċiżmu tax-xandar u tal-missjoni evanġelika L-esperjenza tal-fidi fil-qalb ta’ ħajjitna fil-komunità u meta nkunu flimkien fuq missjoni. Id-dimensjoni kontemplattiva iġġiegħelna nrabbu skiet intens f’din id-dinja “storbjuża” u fl-istess waqt “muta”, inwarrbu t-tgedwid fix-xandir tagħna. Iġġiegħelna nisimgħu bil-galbu lil Alla. lis-sinjali taż-żmien u fuq kollox il-karba tal-fqir u tal-vittma. Il-bidu fl-appostolat jekk issir mal-bidu tal-formazzjoni jista’ jwassal għall-armonija bejn id-dimensjoni kontemplattiva u dik appostolika. L-istess bidu fl-istess waqt iderri lil dak li jkun jgħaqqad ix-xogħol talkomunità mal-appostolat. Is-sinerġija ħajja-missjoni tiġbor fiha wkoll il-qasam tal-istudju u r-riċerka li huma l-post tajjeb għas-sinerija, ta’ fraternità komuni fl-istudju u fir-riflessjonijiet bħalma wrewna bosta aħwa kemm fl-imgħoddi kif ukoll illum.

Kundizzjoni oħra favur is-sinerġija bejn il-ħajja u l-missjoni hija r-ristrutturazzjoni. Din ma tfissirx biss li tgħaqqad il-biċċiet flimkien. Din għandha tpoġġi l-ħidmiet appostoliċi biex ikunu jiffavorixxu l-missjoni Dumnikana. Ir-ristrutturazzjoni għandha tfittex li ssaħħaħ il-komunitajiet. L-oġġettiv fundamentali huwa li jinħoloq ambjent li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-aħwa u li l-ħidma tagħhom tkun effettiva. Għalhekk huwa meħtieġ li jkunu ffurmati komunitajiet li fihom ikun possibli li wieħed jgħix b’dinjità l-elementi essenzjali ta’ Dumnikan, talb flimkien, ċelebrazzjonijiet flimkien studju u appostolat tal-komunità. Tajjeb hawnhekk niftakru liema ħidmiet San Duminku ta lillkomunità: garanzija ta’ xandir fl-għaqda fraterna Il-komunità tirrapreżenta l-ewwel livell ta’ kollaborazzjoni u solidarjeta.

6. Orizzonti u Sfidi imposti mis-Sinerġija Ħajja Missjoni

Illum is-sinerġija bejn il-ħajja u l-missjoni tpoġġi sfidi urġenti lill-ħajja u l-missjoni tal-Ordni.

Fidili lejn l-għan ta’ San Duminku, l-elementi kollha tal-ħajja Dumnikana għandhom jitpoġġew għas-servizz tal-missjoni ta’ evanġelizazzjoni. Dan huwa t-tifsir vera tal propositum vitae li ħallielna l-missier tagħna. Ix-xbieha suggestiva tal-“Knisja fil-missjoni” spiss użata mill-Papa Franġisku, għandha viżjoni speċifika fil-ħajja Dumnikana: kollox jaħdem għall-missjoni evanġelika.

Orizzont minnhom qed jibża’ għall-ħajja evanġelika talkomunitajiet u tal-membri tagħhom. Wasal il-waqt li ninbidlu minn entitajiet għal poplu. Dan il-pass għandu jaffettwa kemm lill-komunitajiet kif ukoll lill-membri. Il-promozzjoni tal-ħajja teoloġika biss tista’ ġġib tmiem hieni għal dawn ilbidliet. Vita vera apostolica, ħajja tixbaħ lil dik tal-appostli biss tista’ tagħti valur lix-xandir tal-Evanġelju. Din il-ħaġa titlob ħajja komunitarja intensa bħala funzjoni tal-missjoni. Ilfraternità u l-faqar evanġeliku huma xhieda ta’ valuri speċjali.

Ix-xhieda ta’ għaqda u faqar hija dik li tidher u hija effettiva aktar kemm-il darba l-komunità tagħna tkun miftuħa u attenta kif ukoll mimlija kompassjoni u tisma’ l-weġgħat, l-istejjer u l-kwistjonijiet tan-nies. Mhux talli ma jkunux komunitajiet magħluqin fihom infushom, iżda l-komunitajiet tagħna għandhom dejjem ikunu barra t-triq fuq xi missjoni. Il-Papa Franġisku spiss jistieden lill-Knisja biex tmur fil-periferiji. Filleġislatura ta’ qabel intalab li l-missjoni tax-xandir titneħħa minn idejn dak li ma ma jġibx ruħu ta’ bniedem evanġeliku, li ma jgħixx ħajja evanġelika skont il-messaġġ tal-Evanġelju li jxandar. Il-kondotta evanġelika hija responsabilità taxxandara. Ħadd ma għandu b’ħajtu jġib fix-xejn ix-xandir talaħwa fil-komuità.

Il-faqar evanġeliku li jgħin lix-xandir irid ikun imwaħħad mal-għażla tal-fqar u tal-vittmi. Dawn huma l-hienja skont l-Evanġelju. Huma l-postijiet teoloġiċi (locus theologicus) fejn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu jiġi mifhum l-aħjar u mxandar bl-akbar awtorità. Is-solidarjetà Dumnikana għandha tgħolli l-fruntieri tal-familja Dumnikana sakemm tiġbor fiha s-solidarjetà lill dawk l-aktar fqar. Din hija dimensjoni importanti tal-professjoni tagħna fil-faqar evanġeliku.

Is-sinerġija ħajja-missjoni għandha ssir sinerġija u kollaborazzjoni bejn l-entitajiet tal-familja Dumnikana kollha. Jeħtieġ li tabilħaqq nikkolaboraw fi proġetti appostoliċi komuni, kollaborazzjoni f’sens ta’ solidarjetà ekonomika bażata fuq trasparenza assoluta. It-trasparenza f’kull qasam tal-ħajja tagħna twassal espressjoni tal-ideal tal-verità Dumnikana. Fil-kollaborazzjoni u solidarjetà għandhom dejjem jingħataw preferenza dawk l-aktar żgħar u dawk l-aktar fraġli, b’mod li jkunu akkumpanjati fil-formazzjoni ta’ xogħolhom. Il-kollaborazzjoni bejn il-membri kollha tal-familja Dumnikana llum titlob kultura ġdida, kultura interkulturali. L-internazzjonalità u l-interkulturalità tal-Ordni għandha tkun xhieda għall-Knsija kollha.

Fl-aħħar jeħtieġ li b’mod kreattiv nibdlu l-prijoritanjiet u l-fruntieri tax-xandir tagħna kif jitlob minna l-kapitlu Ġenerali ta’ Quezon City u Avila. Dawn joffru sfidi speċjali għax-xandir Dumnikan illum. Fejn insibu illetteraliżmu reliġjuż, sekulariżmu u indifferenza reliġjuża, ekumeniżmu, djalogu inter-reliġjuż, kulturi differenti, ix-xogħol b’risq il-ġustizzja, sliem u drittijiet tal-bniedem fqir jew vittma ta’ kull xorta, kull storja umana li ġab miegħu il-fenomenu tal-migrazzjoni, l-sifidi għall-verita fil-kontinent diġitali, il-ħarsien tal-integrità tal-ħolqien.

Meta naraw kemm huma serji dawn il-fatti u l-impatt enormi li jħallu fuq il-kredibilità tal-Knisja u tax-xandir u fuq kollox meta naraw kemm tbatija u kemm vittmi qegħdin jinħolqu, hemm ħtieġa urġenti li niftħu għajċnejna beraħ u bi trasparenza sħiħa għat-traġedja ta’ bosta suriet ta’ abbużi. Dawn iwarrbu l-ħajja u l-missjoni tagħna u joħolqu tbatijiet kbar. Quddiem dawn il-fenomeni, irridu naħdmu favur edukazzjoni adekwata, preventiva u proattiva bla ma nwarrbu t-triq li rridu ngħaddu minnha f’kull każ partikolari, u fuq kollox nimxu id f’id mal-vittmi.

7. Għeluq

Il-ġublew tal-mewt ta’ San Duminku qiegħed joqrob. “O spem miram quam dedisti…” dan huwa waqt opportun biex inġeddu fina t-tama ta’ dak li wiegħed il-missier tagħna fis-siegħa ta’ mewtu lil dawk li bkewh. “Ngħinkom aktar bit-talb tiegħi.” Il-ġublew ser ikun okkażjoni tajba biex iċ-ċelebrazzjonijiet ikunu jiffukaw fuq it-tiġdid tal-proġett ta’ San Duminku. B’hekk biss nistgħu nonoraw it-tifkira tiegħu. Aħna rċivejna l-grazzja talkariżma Dumnikana. Aħna għandna d-don enormi tal-familja Dumnikana. Ir-responsabilità tagħna hija li nkunu aħwa flimkien fil-missjoni, li npoġġu ħajjitna kollha għas-servizz tax-xandir talkelma ta’ Alla lil din id-dinja sabiha imma li spiss teħtieġ li tingħata tifsira u tiddewwa. Ix-xandir tal-Evanġelju huwa l-identità tagħna. Huwa l-punt fejn jiltaqgħu l-ħajja u l-missjoni. Jalla din tkun okkażjoni li nsaħħu talbna, l-istudju, il-komunitajiet tagħna u fuq kollox ix-xandir tal-Evanġelju. Jalla l-laqgħa ma’ Kristu tkun l-għajn u n-nixxiegħa tal-missjoni tagħna bħalma kienet għall-mara Sammaritana. (Ġw4, 1-42). WJalla ċ-ċelebrazzjoni tal-ġublew tkun esperjenza tat-trasfigurazzjoni tal-Ordni sħiħ bħalma kienet għall-appostli fuq il-Muntajna Tabor (Mt 17: 13-31) Jalla s-smiegħ u l-kontemplazzjoni tal-ġmiel ta’ Alla jseħħu hemm fuq il-muntanja. Jalla jkun hemm il-ferħ ta’ ħajja fraterna f’għaqda u ħbiberija ma’ dawk li nxandrulhom: “Kemm hu sew li aħna hawn.” Jalla nerġgħu lura aħna wkoll lejn il-wied biex nisimgħu lill-umanità u biex inħabbru l-Evanġelju u fuq kollox biex nikxfu verbo et exempio l-wiċċ imdawwal u maħbub ta’ Alla. Jalla ċ-ċelebrazzjonijiet tal-ġublew ikunu Pentecoste għall-Ordni. Jalla l-Ordni kollu jħossu mibghut mill-ġdid fuq il-missjoni u jara lilu nnifsu mmexxi mill-Ispirtu s-Santu. Sinerġija hi fl-aħħar nett, sehem fil-ħidma tal-Ispirtu, li huwa l-għajn tal-missjoni fil-Knisja universali għas-servizz tas-salvazzjoni tal-bnedmin kollha.

Join Newsletter
Get the latest news right in your inbox. We never spam!
P. Claudio Borg O.P.
Written by P. Claudio Borg O.P. Follow
Patri fil-Kunvent tal-Lunzjata