xandar il-kelma,

Tifkira - P. KARM ZAMMIT O.P.

P. Claudio Borg O.P. P. Claudio Borg O.P. Follow Mar 05, 2020 · 4 mins read
Tifkira - P. KARM ZAMMIT O.P.
Share this

P. KARM ZAMMIT O.P.

IMQABBA - 19.09.2019

mill-Provinċjal P. Frans Micallef O.P.

P. Karm kien wiehed mill-ewwell patrijiet li jien sirt naf. Kont abbati fil-knisja taghna tar-Rabat fejn kien assenjat bejn l-1960 u l-1964. Hemm kellu x-xoghol ta’ sagristan maggur, jigfieri kien jiehu hsieb il-knisja u lbzonnijiet taghha. Niftakar kellu ambizzjoni wahda: li jara l-knisja mizbuha. Ta kull sena kien jorganizza l-fiera halli jibni l-fondi mehtiega biex ikun jista jwettaq il-hsieb tieghu. Min jaf kemm-il darba morna ma’ P. Karm biex nigbru hwejjeg, affarijiet tal-ikel, fniek u tigieg etc. Izda ix-xewqa tieghu qatt ma rnexxielu jwettaha, ghaliex fl-1964 gie assenjat tas-Sliema, fil-Kunvent Gesu Nazzarenu. Pero il-knisja giet mizbuha, fi zmien meta jiena kont l-ewwel darba pirol ir-Rabat. Xi zmien wara kont iltqajt mieghu u tghidx kemm ferah meta ghidtlu li zzebgha kienet lesta. Qalli: “dak li ma ghamilx l-imghallem ghamlu d-dixxiplu!”

Madwar tlett snin ilu kien xtaq ikellimni u jiena mort inzuru. Qalli nixtieq li taghmilli l-funeral int. Ghidtlu: Iva mela le, ghal meta? Qalli: int kollok cajt. Illum qieghed inwettaq il-weghda li kont ghamiltlu. Wahda mill-kwalitajiet sbieh li kellu P. Karm kienet id-disponibbilta tieghu. Kien dejjem lest li jaqdi u juza ddoni li kellu, u li ma kienux ftit, ghall-gid tal-ohrajn. Huwa rcieva l-ibsa dumnikana fis-sena 1947 u sena wara, jigfieri fil-31 ta’Ottubru 1948 ghamel il-professjoni religjuza tieghu. Huwa gie ordnat sacerdot fid-19 ta’ Settembru 1953. Huwa baqa r-Rabat sal-1956. F’dak iz-zmien huwa hadem hafna biex issir il-kuruna tal-Madonna tal-Ghar, li l-inkurunazzjoni taghha sehhet f’ Mejju tal-1957. Bejn 1956 u 1960 insibuh gewwa l-kunvent ta’ G’Mangia bhala ekonomu tal-kunvent. Wara ghamel sena bhala vici-kappillan tal-parrocca ta’ San Duminku gewwa l-Belt Valletta. Fl-1961 rega tela’ r-Rabat u qeda l-ufficcju ta’ sagristan maggur. Hu dak iz-zmien li jiena sirt nafu. Dam sal-1963 sakemm gie assenjat fil-kunvent tas- Sliema. Jiena hadt il-libsa dumnikana fl-20 ta’ Settembru 1964 gewwa il-knisja tan-Nazzrenu tas-Sliema. Kien prezenti. Meta rani tghidx kemm ferah u qalli: mela ser toqod tigri warajja!

P. Karm kien ilu ghal dawn l-ahhar 40 sena jghaqdi f’din il-parrocca tal-Imqabba, pajjizu. Illum ingbarna hawn biex flimkien kemm bhala Ordni kif ukoll bhala parrocca nselmulu, nuruh ir-rispett taghna u nitolbu ghalih. Zgur li qed jghid il-kliem ta’ San Pawl; “grejt il-girja tal-fidi u nistenna minghand il-Mulej li jilqani ghandu”.

It-tama tan-nisrani hija mibnija fuq il-fidi tieghu fi Kristu Gesu. Hija fidi li lin-nisrani taghtih ic-certezza ta’ hajja ghal dejjem ma’ Alla. Kristu Gesu qam mill-mewt u dahal fis-sema fuq il-lemin tal-Missier wara l-passjoni u l-mewt tieghu. Il-qawmien ta’ Sidna Gesu Kristu hija lgaranzija tal-qawmien taghna, ahna li emminna fi Kristu Gesu u nghixu kif ghallimna hu, San Pawl fit-tieni qari mehud mill-Ewwel Ittra lill-Korintin jghidilna: “Kristu kien imqajjem tassew mill-imwiet, l-ewwel fost dawk li raqdu. Ghaliex jekk permezz ta’ bniedem fegget ilmewt, bi bniedem ukoll isehh il-qawmien mill-imwiet.” Il-profeta Izaija fl-ewwel qari jghatina tixbiha dwar it-tama taghna: “Dk inhar: Jaghmel il-Mulej tal-ezercti ghall-popli kollha fuq din il-muntanja ta’ Sijon mejda b’ikel fin. Hu jcarrat minn fuq din il-muntanja il-velu li kien jghatti wicc il-popli kollha, il-ghata li kien jahbi lgnus kollha; jeqred il-mewt ghal dejjem.” Il-hajja tan-nisrani hija mmexxija minn din il-vizjoni, hija vizjoni li dejjem timla l-qalbu bil-ferh u l-hena minkejja t-tigrib li toffri l-hajja. Hija realta li jista jghix biss min ghandu l-fidi f’Alla l-imbierek. Ta’ dan il-Mulej Gesu jghatina din ix-xhieda fl-evangelu li ghadna kemm smajna: “Fis-sewwa fis-sewwa nghidilkom li jekk il-habba tal-qamh ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa wahidha; imma jekk tmut, taghmel hafna frott.”

S’intendi ahna llum iltqajna hawn ghall-funeral ta’ huma P. Karm u l-hsieb taghna zgur li huwa dwar l-ahhar mewt li ghadda minnha P. Karm. Izda rridu niftakru li ghan-nisrani huwa mportanti li jkun jaf jghix il-mewt! Mhux l-ahhar mewt, imma mewt li ahna nghixuha matul hajjitna kollha bhala dixxipli ta’ Kristu Gesu. Niftakru filkliem tat-tieni lezzjoni: “Ghax bhalma l-bnedmin kollha jmutu f’Adam, hekk ilkoll jiksbu l-hajja fi Kristu….. l-ewwel Kristu; wara dawk li huma ta’ Kristu;” it-tmiem dejjem huwa marbut ma’ kif tghix il-hajja. Qrajna fl-evangelu: “Min ihobb ‘il hajtu jitlifha; imma min jobghod ‘il hajtu f’did-dinja jzommha shiha ghall-hajja ta’ dejjem.”

P. Karm ghex hajja motivat mill-gid ta’ hutu fil-maghmudija, tal-Poplu t’Alla. Kien presenti ghalihom permezz tac-celebrazzjoni tal-ewkaristija, taghlim nisrani u theggig permezz tal-predikazzjoni u permezz tassagrament tal-penitenza u sagramenti ohra. Fuq kollox joqghodu sewwa ghalih il-kliem ta’ San Pawl lil Timotju fl-ewwel ittra tieghu: “Fittex li jkollok il-gustizzja, ttjieba, il-fidi, l-imhabba, is-sabar, il-hlewwa. Tqabad it-taqbida tajba tal-fidi; qis li tirbah il-hajja ta’ dejjem li l-ewwel lezzjoni. Huwa kliem ta’ ferh li jesprimi sew lapprezzament ta’ din il-Parrocca ghal hidma ta’ P. Karm.

Jesprini wkoll l-apprezzament tal-Ordni taghna ghallhajja religjuza u l-hidma li huwa wettaq fi hdan l-Ordni Dumnkan. Jesprimi fuq kollox dak li issa qed igawdi P. Karm fil-hena tas-sema.

Ahna bhala nsara ma niccelebrawx il-mewt, imma l-hajja, hajja li ksibna bil-kotra fi Kristu Gesu. “Jixxotta Sidi l-Mulej id-dmugh minn fuq kull wicc.” Hekk inghad fl-ewwel lezzjoni mill-profeta Izaija. Ghalkemm bhala nsara ghandna l-fidi shiha fil-hajja ta’ dejjem, dan ma jfissirx li ahna bhala bnedmin ma nhossux id-dieqa talfirda, specjalment dawk li kienu tant qrib tieghu: familjari, qraba u hbieb. Imma l-kelma tal-Mulej li ghazilna ghal-din l-okkazjoni tfarragna u ssahhana fil-fidi taghna. Issa hawn fidi u tama imma ahna nharsu ‘l quddiem lejn l-etenita.

Grazzi Mulej, Grazzi P. Karm.

Join Newsletter
Get the latest news right in your inbox. We never spam!
P. Claudio Borg O.P.
Written by P. Claudio Borg O.P. Follow
Patri fil-Kunvent tal-Lunzjata